It-tim tan-nisa ta’ Juventus kiseb il-ħdax-il rebħa konsekuttiva fil-kampjonat wara li għeleb lil Tavagnacco bl-iskor ta’ 2-1, partita li ntlagħbet fid-Dacia Arena, grawnd tat-tim tas-Serie A, Udinese.

Madankollu, kienet logħba verament diffiċli għan-nisa Juventini hekk kif filwaqt li bdew isibuha diffiċli biex jilagħbu l-logħba tagħħom, huma anke sabu ruħhom minn taħt fit-tieni taqsima.

Iżda dan il-gowl qisu ta spinta lit-tim ta’ Rita Guarino li b’żewġ gowls, l-ewwel permezz ta’ Aurora Galli li ġabet id-draw, u ftit wara bis-saħħa ta’ Sanni Franssi li skurjat dak li kien il-gowl tar-rebħa biex Juventus għamlu pass ieħor lejn it-titlu.

Il-partita li jmiss għal Juventus hija nhar il-Ħadd kontra Mozzanica, ġewwa Vinovo.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280