L-attakkant leġġendarju ta’ Juventus, Roberto Bettega, bagħat messaġġ ta’ awguri lill-membri tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ftit jiem qabel il-festi tal-Milied.

Bettega qal li l-isem tal-klabb jixhed dak li fil-verità hu wkoll, persuna b’qalb bajda u sewda, il-kuluri ta’ Juventus. Konxju mill-fatt li f’pajjiżna hawn eluf ta’ Juventini, Bettega esprima x-xewqa li jirritorna f’Malta.

Hu għadda dan il-messaġġ hekk kif Max Zammit, mill-Kumitat tal-klabb tagħna, iltaqa’ ma’ Roberto Bettega flimkien ma’ Lillo Rizza u Luca Cucinotta mill-klabbs ta’ Barcellona Pozzo di Gotto u Caltanissetta.

Maż-żewġ klabbs, il-klabb tagħna għandu patt ta’ ħbiberija u ġemellaġġ li kien ġie ffirmat f’pajjiżna meta kellna ż-żjara ta’ leġġenda oħra ta’ Juventus, Fabrizio Ravanelli, iktar kmieni din is-sena.

dical-banner-1200×280