F’EURO li dehret li se tkun dominata minn ġlied u biża’ ta’ attakki terroristiċi, il-partitarji Irlandiżi taw xaqq ta’ tama li l-futbol kapaċi jgħaqqadna lkoll.
F’dan l-artiklu nsegwu ftit mill-iktar filmati simpatiċi tal-Irlandiżi madwar Franza, liema partitarji saħansitra kienu mfaħħra mis-Sindku ta’ Bordeaux.
Dan hekk kif f’kull episodju li wieħed ħaseb li se tinqala’ t-tensjoni, l-Irlandiżi wrew mod ieħor. Meta l-Pulizija jidhru joqorbu lejn grupp ta’ partitarji, kulħadd jaħseb li se tibda ġlieda qalila … imma mhux meta hemm il-partitarji Irlandiżi fin-nofs.
F’dan il-filmat, il-partitarji Irlandiżi kienu qed jistkennu mix-xita f’mina ta’ Bordeaux. Il-Pulizija marru biex imexxuhom, u spiċċaw jieħdu l-filmati tagħhom u jkantaw flimkien.
Mill-ġdid il-Pulizija u l-Irlandiżi.
Fil-fatt il-Pulizija saħansitra għalqulhom it-triq ħalli jkunu jistgħu jiċċelebraw.
U ladarba għandhom relazzjoni tant tajba, iddeċidew li jieħdu lift fuq vann tal-Pulizija.
U relazzjoni tajba wkoll bejn l-Irlandiżi u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili.
Nibqgħu fit-tema tax-xita. Meta f’Pariġi, il-partitarji Irlandiżi nqabdu f’tinda mal-Iżvediżi waqt maltempata bix-xita, ingħaqdu flimkien ikantaw il-kori.
Mal-Iżvediżi jidher li għandhom relazzjoni tajba, tant li kantawlhom “Go home to your sexy wives!”
Imma milli jidher in-nisa Irlandiżi mhux daqshekk sbieħ.
Imbagħad infexxew ikantaw flimkien uħud mill-kanzunetti tal-ABBA.
Il-Kroati, magħrufa għall-ġlied, irnexxielhom jiġu kkalmati mill-Irlandiżi wkoll.
U l-Irlandiżi meta jiltaqgħu mal-Ingliżi?
Il-Belġjani rreċiprokaw, u meta raw partitarja Irlandiża fuq wheelchair …
Iltaqgħu ukoll ma’ Ungeriż, ġurnalist li kien għaddej b’kollegament live.
L-istess xorti għal dan il-ġurnalist tal-Al Jazeera.
Bla dubju, meta jkollok eluf ta’ nies tistenna xi ftit każi ta’ razziżmu le? Razziżmu? X’razziżmu? Meta l-Irlandiżi raw raġel ta’ ġilda skura daru madwaru jkantaw flimkien il-kanzunetta YaYaKolo Touré.
L-istess f’dan il-każ.
U waqt li partitarji oħra famużi għall-vandaliżmu, l-Irlandiżi totalment l-oppost. F’dan il-filmat jidhru jippruvaw jirranġaw karozza li kellha għafsa fuq is-saqaf wara partitarju ieħor tagħhom tela’ bilwieqfa fuqha.
Fost il-kori ta’ “Fix the car for the boys in green!”, oħrajn bdew iwaddbu l-flus mit-tieqa biex is-sid ikun jista’ jħallas il-ħsara.
U meta raw żewġ anzjani li kellhom puncture, niżlu jgħinuhom.
Meta anzjan sfortunatament waqa’, pront marru jiġru biex jgħinuh, u ovvjament offrewlu ftit birra.
Dan ir-raġel, li jgħix barra, ma kellux bżonn min joffrilu iżjed alkoħol.
Żguraw ukoll li ma jħallux ħmieġ warajhom, fost il-kori ta’ “Clean up for the Boys in Green!”
Fil-fatt il-ħaddiema li jiġbru l-iskart fl-2012 kellhom iċedu t-trakk tagħhom.
b
Fuq it-tren iltaqgħu ma’ soru, u bdew iktantawlha verżjoni tal-Missierna.
Waqt li meta raw tarbija, ingħaqdu flimkien biex ikantawlu l-lullabies, u ċanfru lill-passiġġiera l-oħra li bdew jagħmlu l-istorbju, mingħajr rispett lejn it-tarbija.
Meta raw tfajla Franċiża, niżlu jadurawha, waqt li kantawlha “Can’t Take My Eyes Off You” u “I Love you Baby” fost l-oħrajn.
L-istess din it-tfajla.
Imma kif wieħed jista’ jimmaġina, il-folol ta’ Irlandiżi ħolqu xi ftit ta’ problemi għat-traffiku, u dan iċ-ċiklist ma setax jgħaddi minn quddiem pub Irlandiż. Mhux problema …
Ovvjament l-istorbju seta’ dejjaq lil xi wħud, iżda l-Irlandiżi ħadu grazzja ma’ dan l-anzjan, residenti f’lukanda. Bdew ikantawlu kull meta joħroġ fil-gallarija, u juru diżappunt meta jidħol lura.
Nibqgħu nitkellmu dwar il-lukandi … ir-resident ta’ din il-kamra f’lukanda fi Franza kellu sorpriża.
Fi Clichy imbagħad riedu jagħmlu l-ispettaklu ftit iktar senswali… partitarju tela’ fuq vann u beda jinża’.
A lone fan just climbed on top of a van and did a striptease for the 1000s of Irish in #Clichy #COYBIG #IRL #SWE pic.twitter.com/JN6kILmcN2
— Eoghan Doherty (@dohertyeoghan) June 13, 2016
Waqt li f’Lille, partitarju niżel jiżfen fil-funtana, u l-kompatrijotti tiegħu daruh ikantaw.
U minkejja li żewġ pajjiżi differenti, l-Irlandiżi mir-Repubblika tal-Irlanda u dawk tal-Irlanda ta’ Fuq ingħaqdu flimkien ukoll wara l-mewt ta’ Darren Rogers, ta’ 24 sena, u Robert Rainey ta’ 62 sena waqt li kienu fi Franza jappoġġjaw lil pajjiżhom.
https://www.youtube.com/watch?v=bKGCQGFFu0M
Ħalli Kumment