Nhar is-Sibt li għadda kompliet is-serje negattiva għal Juventus fejn għal darb’oħra reġgħhu tilfu finali oħra tal-Uefa Champions League bl-iskor daqsxejn kiefer ta’ 4-1 kontra Real Madrid. Din it-telfa kienet it-tieni waħda fi tliet snin wara li fl-2015 il-Bianconeri kienu tilfu kontra Barcelona bl-iskor ta’ 3-1.

Ħafna partitarji Juventini jinsabu rrabjati għall-fatt li għalkemm f’dan l-istaġun intrebaħ il-kampjonat għas-sitt darba konsekuttiva u kellna r-rebħ tat-tielet Coppa Italia infila iżda xorta waħda ma waslitx it-tazza mixtieqa mill-Juventini. Tliet snin ilu Juventus kienu viċin li jagħmlu l-famuża tripletta iżda daqs kemm kienet viċin, fl-istess ħin kienet ħafna ‘l bogħod u sfortunatament f’dan l-istaġun ġara l-istess.

Fl-isfond ta’ telfa oħra fil-finali tal-iktar tazza prestiġġjuża fl-Ewropa, taħsbu li r-rebħ tal-kampjonat u l-Coppa Italia huma biżżejjed biex il-partitarji Juventini jkunu sodisfatti f’dan l-istaġun? X’inhi r-raġuni li Juventus meta jaslu sal-finali ta’ din il-kompetizzjoni dejjem tiġi ħażina?

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280