Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero akkwista flokk ta’ Claudio Marchisio ffirmat u li jifforma parti minn edizzjoni limitata.

Dan il-flokk għadda għand il-klabb bħala għotja mill-President Onorarju Omar Busuttil, li għadu jassisti lill-Kumitat minkejja li m’għadux President tal-klabb.

Wara din l-għotja, il-Kumitat unanimament qabel li dan għandu jgħaddi għand xi ħadd fortunat li se jipparteċipa f’kompetizzjoni speċjali li se tittella’ fil-jiem li ġejjin.

Il-flokk jintrebaħ nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru waqt il-pasta night li ser tiġi organizzata fil-klabb.