Dawk li jattendu għall-open day ta’ nhar is-Sibt li ġej, fil-bini tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero tal-Imrieħel, se jkollhom l-opportunità jgawdu u jieħdu ritratti ma’ affarijiet mill-iktar storiċi b’rabta ma’ Juventus u Malta.

Dan hekk kif fil-klabb, li jiftaħ sa mid-9:00, se jkun hemm wirja ta’ memorabilia, fosthom flokkijiet oriġinali u milbusa minn Helmut Haller, Zinedine Zidane u Massimo Mauro f’Malta.

Se jkunu għall-wiri wkoll flokkijiet tal-avversarji ta’ Juventus, fosthom Marsa, Valletta, Birkirkara u Sliema Wanderers, kif ukoll artikli, ritratti u posters fost l-oħrajn. Dawn ġentilment ġew mgħoddija lilna minn Noel Borg (Storia di un Grande Amore) u Kenneth John Formosa (Malta Football Collection Museum).

Nistednukom iżżuru l-paġni tagħhom u tħallu Like bħala turija ta’ appoġġ lejn nies li jwettqu sagrifiċċji kbar biex poġġew lil Malta fuq il-mappa ta’ dawn il-memorabilia.