Gaffe inkredibbli mill-isponsors ġodda ta’ A.C. Milan, Vwin, li fuq is-sit tagħhom poġġew l-arma ta’ Juventus minflok dik tar-Rossoneri.
Ta’ min ifakkar li s-sena li għaddiet anke Juventus bdew sħubija ma’ Vwin, iżda r-rabja tal-partitarji tqanqlet hekk kif l-arma ta’ Juventus tidher fil-verżjoni Milanista tas-sit, fuq ras ħames figuri ta’ Leonardo Bonucci f’pożizzjonijiet differenti.
Vwin hi waħda mill-iktar kumpaniji ewlenin fiċ-Ċina f’dak li għandu x’jaqsam mal-logħob tal-imħatri onlajn.
Sors: Il Calcio Ignorante
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com