Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li d-donazzjonijiet kollha mid-dħul tal-Juventini għal-logħba kontra Fiorentina se jgħaddu għand Puttinu Cares bħala donazzjoni.

Il-Kumitat jixtieq iħeġġeġ ukoll lill-membri attivi tal-klabb, li s-soltu ma jintalbu l-ebda donazzjoni biex isegwu logħba fil-klabb, biex huma wkoll jikkontribwixxu biex tinġabar somma tajba b’risq din l-għaqda mhux governattiva li tagħmel tant ġid.

Is-somma miġbura f’donazzjonijiet tiġi komunikata lill-membri fi tmiem il-logħba u l-flus ikunu ppreżentati lil Puttinu Cares waqt il-maratona li għaddejja bħalissa fil-Marsa.