Il-Ġimgħa fl-16:30 se jsir il-funeral ta’ Kevin Vella, Juventin kbir u appassjonat tat-tim nazzjonali tal-Italja.
Għal snin twal Kevin sofra minn kundizzjoni li llimitatlu l-moviment, iżda minkejja dan ma qatax qalbu u uża d-diżabbiltà tiegħu biex iqajjem għarfien u fuq kollox jaħdem favur drittijiet għall-persuni b’diżabbiltà.
Il-funeral se jsir fir-Rotunda, il-Mosta. Ix-xewqa ta’ Kevin hi li tiġi ċċelebrata ħajtu, u mhux il-mewt, u għalhekk l-appell hu wieħed: “Tilbsux l-iswed imma ilbsu flokkijiet ta’ Juventus. Jekk m’għandkomx, agħżlu flokkijiet ikkuluriti.”





