Għada, is-Sibt 10 ta’ Diċembru bejn it-15:00 u s-18:00, se ssir Open Day fil-premises tal-klabb fl-Imrieħel li matulha se jitqassmu r-rigali ta’ din is-sena lill-membri.

Dawk li jattendu, minbarra li jiġbru t-tessera tas-sħubija tagħhom, jistgħu jiġbru wkoll kalendarju għas-sena 2017 bi tpinġijiet mill-artist Kyle Duca. Dan il-kalendarju imprezzabbli jitqassam b’xejn lill-membri waqt li min irid jista’ jordna kopji oħra għal prezz ta’ €10.

Jistgħu wkoll jiġu ordnati prints tal-pitturi kollha li jinsabu fil-kalendarju b’qisien differenti. Se jkun hemm ukoll opportunità li jiġu pprintjati t-shirts kif ukoll materjal ta’ merchandise ieħor.

Matul l-Open Day se jkun hemm ukoll ammont limitat ta’ kalendarji uffiċjali ta’ Juventus, kif ukoll il-ktieb li ġie ppubblikat mal-film Black and White Stripes: The Juventus Story għall-bejgħ.

Mal-ġurnata jiġi żvelat ukoll il-logo tal-klabb li ġie mmodernizzat u se jkun qed jirrappreżenta l-klabb sa mill-bidu tas-sena d-dieħla meta nimxu fil-premises tal-Marsa. Aktar dettalji dwar dan jitħabbru fil-ġranet li ġejjin.

dical-banner-1200×280