Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero rċieva b’donazzjoni għexieren ta’ rivisti ‘Guerin Sportivo’, li jmorru lura għas-snin tmenin u s-snin disgħin.

Ir-rivisti, li jinsabu f’kundizzjoni tajba ħafna, huma kompluti sena b’sena b’mod konsekuttiv. Dawn se jingħaqdu mal-kumplament tar-rivisti li ngħataw b’donazzjoni fl-aħħar xhur, u li qed jintużaw f’Open Days li jorganizza l-klabb biex jitgawdew mill-membri.

Ta’ din l-għotja, il-klabb jirringrazzja lil Jason Gilson, li bl-intervent tiegħu dawn ir-rivisti waslu għand il-klabb.