Membri tal-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero dalgħodu komplew b’xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fis-swali tal-klabb fil-Marsa.
Fost ix-xogħol li sar matul il-ġurnata, hemm it-tiżjin taż-żona fejn wieħed isib l-imwejjed tal-billiard u t-table soccer. Hawn iddendlu numru ta’ inkwatri bi flokkijiet oriġinali jew milbusa u ffirmati minn plejers ta’ era differenti.
Ix-xogħol isegwi dak li sar fl-aħħar ġimgħat, biex fost l-oħrajn inħolqot reception area ġdida malli wieħed jidħol fil-klabb, u li tikkumplimenta dik eżistenti, biex b’hekk ix-xogħol jinqasam aħjar.