It-tim tan-nisa ta’ Juventus kompla jissaħħaħ hekk kif iffirmat il-midfielder veterana Cristiana Girelli, li matul l-istaġun li għadda kienet ma’ Brescia.

Girelli, 28, kienet anke parti mit-tim ta’ Bardolino Verona fejn magħhom bdiet ta’ età żgħira qabel ma għamlet id-debutt fl-2005.

Mat-tim ta’ Verona lagħbet 148 logħba fejn skurjat 67 gowl fis-Serie A, filwaqt li lagħbet 11-il partita fl-Ewropa, fejn sabet ix-xibka sitt darbiet, bl-ewwel gowl tagħha jkun kontra Birkirkara lura fl-2007.

Ma’ Brescia ingħaqdet fl-2013 u fil-ħames staġuni li segwew hija skurjat 99 gowl f’120 logħba fis-Serie A filwaqt li skurjat anke 11-il gowl ieħor fl-Ewropa, f’37 apparenza.

Girelli rebħet sitt Scudetti, ħames Coppa Italia u seba’ Super Cups Taljani.

Barra minn hekk, hija rrappreżentat lill-Italja għal 53 darba wkoll, fejn skurjat 26 gowl u hija waħda mill-pijunieri tat-tim nazzjonali li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja wara 20 sena.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280