Juventus Women komplew jissaħħu hekk kif ġabu lil Doris Bačić, goalkeeper numru wieħed tat-tim nazzjonali Kroat.

Bačić, li twieldet fl-1995, kienet l-aħħar mat-tim ta’ Anderlecht fejn magħhom rebħet il-kampjonat Belġjan. Mal-istess tim, kienet tilgħab ukoll Rachel Cuschieri, plejer internazzjonali Maltija li issa marret l-Olanda ma’ PSV Eindhoven.

Il-Kroata għandha esperjenza importanti f’livelli għoljin, fejn fl-2012 lagħbet fil-UEFA Women’s Champions League fl-2012 mat-tim ta’ Osijek.

Fuq livell internazzjonali, Bačić għandha 32 cap mal-Kroazja f’isimha.

Sors: Juventus

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280