Għalkemm ir-riżultat tal-bieraħ ma ġiex kif mixtieq, il-Kumitat tal-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero jixtieq jirringrazzja lil dawk kollha li fdaw fil-klabb biex isegwu l-finali taċ-Champions League.

Ninsabu sorpriżi bl-ammont kbir ta’ persuni li għażlu lill-klabb għal din is-serata iżda fuq kollox sodisfatti għaliex wara serata bħal din hemm sigħat kbar ta’ ħidma, bogħod mill-familja, u fuq kollox spejjeż kbar.

Il-Kumitat se jqis il-folla preżenti quddiem il-klabb bħala messaġġ: għandna dover li nkomplu naħdmu għall-Juventini Maltin. Din tkompli tkun il-wegħda tagħna. Grazzi!