Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jħabbar li fis-7 ta’ Lulju 2018 ser jorganizzaw ġita ta’ ġurnata b’differenza għal Sqallija bl-għan li nieħdu gost flimkien f’ambjent differenti minn tas-soltu.

Se mmorru ġurnata bl-Air Malta, fejn se nitilqu kmieni filgħodu u mmorru fuq l-Etna naraw ix-xenarju mill-isbaħ li din il-ġawhra naturali ġġib magħha.

Wara nieklu minn buffet f’Agriturismo qalb l-għoljiet li jinkludi wkoll cheese, wine u olive oil tasting. Issegwi żjara fil-Gole d’Alcantara fejn hemm park naturali bi xmara ċara kristall għaddejja minn ġo fih, fejn wieħed jista’ jgħum u jesplora xi għerien li hemm.

Wara naqbdu t-triq għal Catania fejn se nqattgħu l-aħħar sagħtejn/tlieta fis-ċentru kummerċjali Porte di Catania jew aħjar kif magħruf mal-Maltin bħala Auchan.

Il-prezz ta’ €180 jinkludi titjiriet bl-Air Malta, trasport u l-excursions kollha, buffet lunch fl-agriturismo u servizz ta’ tour leader.

Dawk interessati huma mitluba li jkellmu xi membru tal-Kumitat. Il-postijiet huma limitati u jimtlew fuq bażi ta’ “first come first served” wara li jkun sar il-ħlas.