Minkejja l-injury kiefra li ħa żżommu barra mill-azzjoni sal-aħħar tal-istaġun, Luca Clemenza ried jibgħat messaġġ permezz tas-social media sabiex juri d-determinazzjoni li għandu sabiex jirritorna fl-azzjoni.
”L-injury, kbira jew żgħira, tagħmel parti minn xogħolna u meta tasal is-siegħa tagħha, ma naffordjawx insaqsu għala u kif iżda naħsbu kif ħa nirritornaw iżjed b’saħħitna.”
B’dan il-messaġġ, Clemenza juri wkoll kemm huwa denju li jilbes il-flokk ta’ Juventus, iżjed u iżjed jilbes il-faxxa ta’ kaptin. Kumment hekk jagħti motivazzjoni iżjed lil sħabu li għada se jaffrontaw lil Palermo fil-finali tat-turnew ta’ Viareggio.
Ħalli Kumment