It-tim tan-nisa ta’ Juventus immexxi minn Rita Guarino kiseb il-ħames rebħa konsekuttiva wara li għeleb lil Pink Bari 2-1, biex issa jinsab l-ewwel post bi 15-il punt flimkien ma’ Brescia.

F’partita li ma kinitx sempliċi, Bari marru fil-vantaġġ mal-ftuħ tat-tieni taqsima iżda Juventus irreaġixxew tajjeb u skurjaw darbtejn permezz ta’ Benedetta Glionna u gowl spettakolari ta’ Barbara Bonansea.

Juventus imisshom kontra Sassuolo nhar is-Sibt li ġej fis-14.30 ġewwa Vinovo.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280