Issa li ħa jirritorna l-kampjonat wara l-waqfa tan-nazzjonal, Juventus ħa jaffrontaw lil Sassuolo, friski minn rebħa ta’ 2-1 fuq Pescara li madankollu ġiet revokata għal rebħa fuq il-mejda għal Pescara.
Consigli huwa l-gowler tas-Sassuolo, gowler li fl-aħħar snin kien qed ikun wieħed mill-aqwa fil-kampjonat Taljan. Fil-fatt parti mis-suċċessi ta’ Sassuolo huma wkoll frott l-abilità u l-klassi ta’ dan il-gowler. Consigli għandu 29 sena u lagħab 79 logħba ma’ Sassuolo.

Kontra Juventus huwa lagħab 11-il logħba li fihom huwa tilef 9 u ġie draw darbtejn biss. F’dawn il-logħbiet huwa qala’ 23 gowl. Filwaqt li din l-istatistika turi li Juventus dejjem kienu superjuri, is-sena l-oħra huwa kien ferm tajjeb però kienet il-klassi ta’ Dybala li għelbet għalkollox lil Consigli. Consigli huwa bravu fejn jidħlu saves mill-viċin u famuż biex jilqa’ dak il-penalti deċiżiv li kapaċi jżomm riżultat importanti għal Sassuolo.

U jekk jibda Higuaín, taħsbu li ħa tkun faċli għall-Pipita biex isib ix-xibka? Inkunu nafu s-Sibt.

dical-banner-1200×280