Illum Juventus jibdew l-istaġun tagħhom fil-kampjonat Ewropew, fejn se jsibu lill-Ispjanjoli Sevilla, rebbieħa tal-aħħar kompetizzjoni tal-Europa League kontra Liverpool. F’dan il-mument, l-aqwa plejer tas-Sevilla m’huwa ħadd ħlief l-eks plejer ta’ Palermo Franco Vázquez, trekwartista Taljan li wkoll kien msemmi li jingħaqad magħna fil-passat.

Vázquez għandu 27 sena u huwa jilgħab fl-irwol ta’ trekwartista ċentrali. Ma’ Sevilla huwa ġa skurja 2 gowls f’erba’ logħbiet kif ukoll assista gowl wieħed. Kontra Juventus, Vázquez lagħab 5 logħbiet u huwa tilef f’kull waħda mill-konfronti.

Frisk mill-gowl tiegħu fid-debutt kontra Real Madrid fis-Super Cup Ewropea, Vázquez huwa plejer li jibrilla fid-dribbling, fil-passes li jaslu f’saqajn l-attakant u x-xuttijiet mid-distanzi. Madankollu għalkemm jilgħab fi rwol offensiv, Vázquez ukoll jagħti kontribut tajjeb fi rwol iktar difensiv.

U llejla Juventus ħa jżidu sitt telfa għal Vázquez? Jew ħa tkun l-ewwel darba li Vázquez jisraq xi punti lil Juventus?

dical-banner-1200×280