Wara rebħa ta’ 4-3 barra minn darhom kontra Atalanta, Lazio issa jaffrontaw lil Juventus f’Ruma. Bla dubju għandha tkun logħba divertenti. Illum inħarsu lejn Marco Parolo, frisk minn wirja diċenti fi Franza mat-tim Nazzjonali Taljan ta’ Antonio Conte.

Parolo huwa midfielder ċentrali ta’ 31 sena. Kif tkellimna iktar ‘il fuq, Parolo għadu ġej minn staġun tajjeb kemm ma’ Lazio kif ukoll mal-Italja. Fl-istaġun li għadda huwa lagħab 40 logħba u skurja 6 gowls filwaqt li assista għal 3 gowls oħra.

Kontra Juventus, Parolo lagħab 12-il logħba u skurja gowl wieħed biss u assista gowl wieħed, meta kien għadu ma’ Cesena. Parolo qatt ma rebaħ kontra Juventus, b’għaxar telfiet u 2 draws.

Parolo huwa tajjeb difensivament għaliex huwa għandu karatteristiċi tajbin fit-tackles, biex jibblokkja l-ballun, kif ukoll għall-blalen bir-ras. Mhux l-ewwel darba wkoll li rajna xi xutt sabiħ minn distanza li jegħleb assolutament lill-gowler. Min-naħa l-oħra, Parolo jagħmel bosta passaġġi żbaljati li bihom, ħafna drabi, isallab lit-tim tiegħu, xi ħaga li madankollu jibbrilla fiha l-kaptan Biglia.

U intom x’taħsbu fuq Parolo? X’tistennew minnu nhar is-Sibt?

Sors: Transfermarkt / Whoscored.com

dical-banner-1200×280