Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għandu fil-pussess tiegħu tliet pari żraben ta’ Stephan Lichtsteiner u Claudio Marchisio li s’issa qatt ma ġew esebiti.

Iż-żraben ta’ Claudio Marchisio ntbagħtu mill-plejers stess b’donazzjoni, wieħed lill-klabb u ieħor lill-President Onorarju Omar Busuttil li qed issellfu lill-klabb. Iż-żarbun ta’ Lichtsteiner kien fil-pussess tal-President Onorarju, l-avukat Joseph F. Borg, li wkoll sellfu lill-klabb biex jitgawda mill-membri.

Dawn iż-żraben se jkunu esebiti nhar is-Sibt li ġej, waqt Open Day fil-klabb bejn l-10:00 u s-18:00. Dawk li jattendu se jkollhom l-opportunità li jgawdu u jieħdu ritratt b’dawn iż-żraben.