Il-Kumitat bi pjaċir iħabbar li laħaq ftehim għal numru limitat tal-flokkijiet uffiċjali li Juventus mistennija joħorġu f’każ li jintrebaħ is-seba’ kampjonat infila.

Dawn il-flokkijiet normalment jiżżanżnu mill-plejers stess hekk kif tiġi kkonfermata r-rebħa b’mod uffiċjali.

B’dan il-ftehim, qed nagħtu l-opportunità lill-membri tagħna biex jibbukkjaw l-flokkijiet fil-klabb stess għal ħlas ta’ €24.95, li hu l-istess prezz li se jkunu qed jinbiegħu dawn il-flokkijiet fis-suq.

Il-bookings bdew jiġu aċċettati, iżda minħabba l-ammont limitat għad-dispożizzjoni tal-klabb, il-bookings ikunu kkonfermati biss ladarba jsir ħlas sħiħ.

Il-klabb se jibda jkun miftuħ fost il-ġimgħa bejn is-18:30 u t-20:30 apparti ħinijiet tal-logħob ta’ Juventus.