Napoli rreġistraw dħul (jew il-famuż ‘fatturato’) rekord matul is-sena li għaddiet.
Dan hekk kif ċifri finanzjarji juru li Napoli rreġistraw ċifra ta’ €299.87 miljun matul l-2016/17 b’mod speċjali mill-bejgħ ta’ plejers (ewlieni fosthom Gonzalo Higuaín) kif ukoll mid-drittijiet televiżivi.
Fil-fatt iċ-ċifri jindikaw kif il-qligħ minn fuq il-bejgħ tal-plejers (plusvalenze) laħħaq il-€104.41 miljun waqt li d-dħul mid-drittijiet televiżivi żdied minn €94 miljun għal €142.6 miljun. Żieda wkoll fid-dħul mill-isponsors, minn €25.9 miljun għal €28.5 miljun,
Mill-bejgħ tal-biljetti, id-dħul għal Napoli żdied minn €15.3 miljun għal €19.8 miljun.
Minkejja dan, id-dħul finanzjarju ta’ Napoli għadu ferm bogħod minn dak ta’ Juventus, biċ-champions renjanti tal-Italja jirreġistraw rekord ta’ €562.7 miljun.
Sors: MF
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






