Għal ħafna, il-kampjonati jispiċċaw fl-aħħar logħba tal-kampjonat u ċ-ċelebrazzjonijiet jibdew meta t-tim bl-iktar punti jirbaħ it-titlu. Din hija l-mentalità Juventina. Mentalità li żżommna saqajna mal-art u turi li Juventus magħmula minn prinċipji serji.

Però, għal ħafna oħrajn, ir-rebħa kontra Juventus hija l-aqwa rebħa li jista’ jkollok u inutli jekk għadha l-ewwel logħba tal-kampjonat jew tmiem l-ewwel rawnd, tara ċelebrazzjonijiet qisu ntrebaħ xi prestiġju enormi. Xi ħaġa tad-daħk.

Għalhekk huwa sabiħ li żżomm ma’ Juventus. F’Napli sparaw il-murtali f’Jannar imma f’Mejju kienu Juventus li għollew t-trofew għall-34 darba. Il-Ħadd li għadda kienu Inter li rebħulna f’San Siro imma….

dical-banner-1200×280