Il-klabb għadu kif ġie infurmat li wisq probabbli se jiġi allokat biljett għall-finali taċ-Champions League li se tintlagħab ġewwa Cardiff nhar is-Sibt 3 ta’ Ġunju 2017.

Minħabba li d-domanda għall-biljetti għal din il-logħba hija waħda kbira ħafna, il-Kumitat ħass li ma kien hemm l-ebda mod kif dawn jiġu allokati b’mezzi meritokratiċi għax huma mijiet il-membri leali lejn il-klabb li dejjem offrew l-għajnuna kull meta kien hemm bżonn.

Għaldaqstant il-klabb se jorganizza lotterija biex membru li huwa reġistrat DOC (min mhux DOC mhux eliġibbli) jirbaħ dan il-biljett.

Minbarra li tkun membru DOC, biex tieħu sehem f’din il-lotterija trid takkwista t-T-shirt uffiċjali li l-klabb iddisinja għall-istess finali sa għada, il-Ġimgha 19 ta’ Mejju 2017.

It-T-shirt jista’ jinxtara jew onlajn minn fuq is-sit https://store.juventusmalta.com/ jew mill-klabb (li l-Ġimgħa se jkun miftuħ mis-19:00 sa tard bil-lejl għal dawk kollha interessati). Kull min xtara t-T-shirt jew onlajn jew mill-klabb u huwa membru DOC ovvjament diġà huwa eliġibbli għar-rebħ ta’ dan il-biljett.

Is-Sibt filgħodu jitħabbar ir-rebbieħ li ismu jiġi nnotifikat mill-ewwel liċ-Centro Coordinamento sabiex isiru l-arranġamenti neċessarji.

Il-biljett mhuwiex trasferibbli u jinġabar direttament minn Cardiff.