Dawk kollha li jsegwu l-finali tas-Supercoppa Italiana bejn Juventus u Lazio fil-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jistgħu jidħlu biċ-ċans li jirbħu flokk uffiċjali ta’ Juventus.

Il-flokk, li hu dak ta’ Cristiano Ronaldo, jinkludi isem il-plejer kif ukoll in-numru 7 tiegħu. Dan għandu valur ta’ €120.

Il-finali ta’ din is-sena se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fil-King Saud University Stadium ta’ Riad, l-Arabja Sawdita. Il-logħba tibda fis-17:45, ħin ta’ Malta.