Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero ffirma ġemellaġġ ma’ żewġ klabbs Sqallin, il-Juventus Club DOC Barcellona P.G. Terza Stella u l-Juventus Club DOC Caltanissetta “Rampulla-Pessotto”.
Dan il-ftehim jasal ftit jiem biss wara li l-klabb tagħna ġie rikonoxxut bħala l-ikbar supporters club ta’ Juventus barra mill-Italja.
Dan il-ġemellaġġ mal-klabbs Sqallin hu impenn li t-tliet klabbs qed jieħdu biex jaħdmu iktar mill-qrib fil-futur, inkluż bil-possibbiltà ta’ skambji bejn iż-żewġ gżejjer ġirien.
L-iffirmar sar waqt l-ikla li saret flimkien ma’ Fabrizio Ravanelli, li kien f’Malta b’mod esklussiv għall-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero.
Il-ġemellaġġ għandu l-firma ta’ Jean Borg (Segretarju – Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero), Luca Cucinotta (President – Juventus Club Terza Stella Barcellona P.G.) u Lillo Rizza (President – Juventus Club DOC Caltanissetta “Rampulla-Pessotto”).







