Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar ġemellaġġ ieħor ma’ klabb barrani, din id-darba ma’ dak ta’ Aci Castello fi Sqallija.

Il-ftehim bejn iż-żewġ klabbs intlaħaq hekk kif f’pajjiżna hawn wieħed mill-fundaturi ta’ dan il-klabb Sqalli, Jose Gagliano, li żar ix-xogħol li għaddej fil-premises ġodda tal-klabb fil-Marsa. Sar ukoll skambju ta’ affarijiet bejn iż-żewġ klabbs.

Aci Castello hu villaġġ ta’ madwar 18,500 persuna li jinsab fil-provinċja ta’ Catania, u li jżuruh ħafna Maltin minħabba x-xeni pittoreski u binjiet storiċi li fih.

Dan hu l-ħames ġemellaġġ wara dak iffirmat mal-Juventus Club Montella “Gaetano Scirea”, mal-Juventus Club DOC Barcellona P. G. “Terza Stella”, mal-Juventus Club DOC Caltanissetta “Rampulla Pessotto” u riċentament anke mal-Juventus Club Caserta “Gigi Buffon”.

dical-banner-1200×280