Il-Kumitat iħabbar li għal din is-sena se jorganizza ikla f’nofsinhar bħala l-attività tiegħu għall-Milied.
L-ikla se ssir nhar il-Ħadd, 10 ta’ Diċembru fil-bini tal-klabb stess b’dawk li jattendu jkollhom starter qabel main course buffet bi tliet tipi ta’ laħam. Dan minbarra deżerta, kafè, kif ukoll tazza inbid u ilma.
Aktar dettalji jingħataw fil-jiem li ġejjin. Il-bookings bdew jintlaqgħu u min hu interessat jista’ jkellem lil xi membru tal-Kumitat. Il-postijiet huma limitati.