Matul dawn ix-xhur tas-sajf, qabel jibdew l-ewwel logħbiet ta’ ħbiberija ta’ Juventus, il-membri tal-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero għadhom għaddejjin b’xogħol ta’ titjib u tisbiħ tas-sala tal-klabb.

Fl-aħħar jiem tlesta x-xogħol li wassal biex tiżdied reception f’post iktar aċċessibbli malli wieħed jidħol fis-sala tal-klabb. Dan jagħmilha iktar faċli li wieħed iħallas l-entratura jew jinqeda mingħand xi membru tal-Kumitat.

Madankollu, biex ma tinħoloqx konfużjoni fid-daħla, xi servizzi bħas-sħubija tal-klabb u l-ipprintjar tat-tesseri se jibqgħu jsiru fil-post oriġinali. B’hekk se jinqasam aħjar ix-xogħol u jeħfief u jiqsar il-proċess ta’ servizzi differenti offruti mill-klabb.