Iktar minn 200 persuna issa qed ikunu mgħarrfa immedjatament meta fuq is-sit JuventusMalta.com ikun ippubblikat artiklu ġdid.

Dan ġimgħa biss wara li JuventusMalta.com introduċiet sistema li permezz tagħha l-qarrejja jirċievu notifiki.

Biex tibda tirċievi notifiki, mal-ewwel darba li tidħol fis-sit se tintalab taċċetta li tkun notifikat, jew inkella tirrifjuta billi tagħfas fuq is-sinjal ta’ qanpiena li ssib fuq il-lemin, fin-naħa t’isfel tal-paġna. Jekk taċċetta, iktar ’il quddiem tista’ tagħżel li tneħħi dan is-setting.