Il-Juventus Club DOC Malta Cuore Bianconero għal darb’oħra se jkun preżenti f’logħba barra mill-Juventus Stadium.
Il-klabb, li stabbilixxa ruħu bħala l-uniku f’pajjiżna li jassisti lill-membri tiegħu f’logħob away, inkluż bl-organizzazzjoni ta’ gruppi, din id-darba se jkun qed jassisti lil madwar tletin persuna fil-Camp Nou.
Fl-aħħar sigħat uħud mill-membri tal-klabb ingħaqdu flimkien biex setgħu jżuru numru ta’ postijiet storiċi jew ta’ interess fil-belt Spanjola ta’ Barcelona.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






