Sa mid-29 ta’ Frar 2016, il-jum li fih iddebutta s-sit tal-klabb juventusmalta.com, inkitbu iktar minn 5,000 artiklu b’temi differenti.

L-istatistika turi li f’dawn is-sentejn u nofs, minkejja l-isfidi personali ta’ staff li jaħdem b’mod volontarju f’ħin limitat, is-sit xorta waħda rnexxielu jżomm medja ta’ ħames artikli kuljum.

Fuq kollox jispikka l-fatt li sa mill-ewwel ġurnata sal-lum, kull artiklu kien grammatikament korrett hekk kif l-artikli kollha jiġu kkoreġuti minn tim ta’ ħames qarrejja tal-provi li wkoll jaħdmu b’mod volontarju.

Dan il-pakkett kollu flimkien ħalla r-riżultati, b’medja li taqbeż l-1,000 darba kuljum li l-artikli ġew moqrija.