Il-Kumitat għandu l-pjaċir iħabbar li l-Juventus Fan Club GOZO hu awtorizzat li jbiegħ il-biljetti għas-serata A Royal Night with Claudio Marchisio.

Membri tal-klabb tagħna, li jgħixu f’Għawdex, ukoll jistgħu jiksbu l-biljetti minn dan il-klabb, għalkemm huma mitluba javżawna qabel biex inkunu nistgħu ninfurmaw lill-Kumitat tal-klabb ta’ Għawdex.

Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt mal-President tal-Juventus Fan Club Gozo, Marlon Mercieca fuq 9944 7625.

Il-Kumitat jirringrazzja lill-uffiċjali tal-klabb għall-ħbiberija min-naħa tal-Juventini Għawdxin u jħares ‘il quddiem għal iktar kollaborazzjoni fil-futur.