Bi pjaċir inħabbru li l-biljetti kollha għal-logħob kontra Milan (Coppa Italia), Milan (Serie A) u Porto (Champions League) issa nbiegħu.

B’hekk il-Kumitat mhux f’pożizzjoni jilqa’ iżjed bookings wara n-numru ferm kbir ta’ persuni li għażlu li jafdaw lill-klabb għall-biljetti jew tours għal dawn il-logħob.

F’każ li l-klabb jirnexxilu jakkwista iżjed biljetti, isir avviż ġdid fil-fora differenti tal-klabb, jiġifieri fil-grupp u fil-paġna fuq Facebook, kif ukoll f’din l-istess websajt.

Minn qalbna nirringrazzjaw lil dawn il-persuni kollha għall-appoġġ u l-fiduċja tagħhom fil-klabb.

dical-banner-1200×280