Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed joffri l-opportunità lill-Juventini Maltin biex jordnaw il-flokkijiet uffiċjali maħruġa mill-klabb u minn Juventus u li jfakkru r-rebħ tat-tmien kampjonat infila mirbuħ.

Fuq il-flokk ta’ Juventus jispikka n-numru tmienja, li jfisser l-ammont ta’ kampjonati konsekuttivi mirbuħa minn Juventus u wkoll . Il-qisien jibdew minn Small sa XXL għall-prezz ta’ €24.95 waqt li tat-tfal ivarjaw minn eta’ ta’ 7 sa 8 snin u minn 13 sa 14-il sena għall-prezz ta’ €19.95.

Il-flok tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero juri illustrazzjoni oriġinali ta’ xena fejn Juventus bħal dejjem jiktbu l-istorja. Dan permezz ta’ niċċa fil-ħajt fejn jiddominaw Juventus, jiċċelebraw, waqt li l-kumplament tal-iskwadri li xi darba rebħu l-kampjonat jidhru fil-ġenb jistennew li xi darba tmisshom ix-xorti mill-ġdid.

Dawn il-flokkijiet jinbiegħu għall-prezz ta’ €20 u kull min jordna l-flokk se jingħata wkoll keychain tal-okkażjoni b’xejn. Wieħed isib sizes li jvarjaw minn dawk li jistgħu jintlibsu minn tfal ta’ sena sa XXL.

L-ordni tkun konfermata malli jsir il-ħlas sħiħ direttament il-klabb, billi jkun avviċinat xi membru tal-Kumitat, inkella permezz ta’ Revolut jew BOV Mobile Payment fuq in-numru 9920 1009. Wieħed irid jikteb ukoll ismu u kunjomu, id-daqs li jixtieq jordna, numru fejn jista’ jiġi kkuntattjat kif ukoll l-għażla tiegħu (‘Juve’ għall-flokk uffiċjali ta’ Juventus jew ‘JCMCB’ għall-flokk maħruġ mill-klabb).