Dawk li jatttendu għal-logħba bejn Juventus u Inter ta’ għada se jkollhom iċ-ċans li jiltaqgħu mal-ġurnalist Juventin Massimo Zampini.
Zampini hu avukat u ġurnalist popolari ferm fl-ambjent Juventin fl-Italja, tant li spiss ikun mistieden fuq diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni, inkluż JTV, biex jitkellem dwar dak li jkun għaddej fix-xena ta’ Juventus.
Dan minbarra li matul il-karriera tiegħu kiteb diversi kotba bil-parteċipazzjoni ta’ diversi ġurnalisti oħra rinomati, kif ukoll eks plejers ta’ Juventus.
Fost il-kotba ta’ Zampini, Er Go’ de Osvaldo, li jfakkar il-gowl tal-eks plejer ta’ Juventus kontra Roma fl-94 minuta. Gowl li kien deċiżiv u wassal lil Juventus għal rekord ta’ 99 punt fis-Serie A, f’Mejju tal-2014.
Kiteb ukoll ‘#sulcampo Il manuale di chi tifa Juve’ u ‘Il gol di Muntari. Storia dello scudetto più bello di sempre’.






