Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir iħabbar li qed jorganizza tour għal-logħba tas-Serie A bejn Juventus u Sampdoria.

It-tour se jsir bejn it-8 u l-11 ta’ Mejju u qed ikun offrut għal prezz li jibda minn €650. Dan jinkludi biljetti tal-ajru, akkomodazzjoni f’lukanda fiċ-ċentru ta’ Turin, trasport kif ukoll il-biljett tal-logħba.

Il-ħlas għal dan it-tour jibda jiġi aċċettat minn nhar il-Ħadd li ġej, waqt il-logħba kontra Brescia. Il-postijiet huma limitati u l-booking ikun konfermat malli jsir il-ħlas.

Dawk kollha interessati, jew jixtiequ iktar informazzjoni, huma mitluba jikkuntattjaw lill-klabb permezz ta’ email fuq tickets@juventusmalta.com.