Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jinnota b’dispjaċir it-telfa tal-President tan-Napoli Club Malta, Frans Debono.

Debono kien wieħed mill-pijunieri u pilastri tal-klabb, li minkejja r-rivalità u pika sportiva ħarxa bejn iż-żewġ skwadri, dejjem mexa b’serjetà u professjonalità anke fil-konfront tal-klabb tagħna.

F’isem il-Kumitat insellmu l-memorja ta’ Frans Debono u noffru l-kondoljanzi lill-familja u qraba tiegħu f’dan il-mument diffiċli.

Ritratt: Frans Debono flimkien ma’ ibnu Alex