15-il tifel min-nursery ta’ Kirkop United, akkumpanjati mill-amministraturi tal-klabb u l-ġenituri tagħhom, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet setgħu jgawdu l-logħba bejn Juventus u Benevento.
Dan wara li Kirkop United u l-Juventus Club Cuore Bianconero ħadmu flimkien biex dawn it-tfal ikunu jistgħu jwettqu l-ħolma tagħhom.
Il-klabb irranġa biex total ta’ 39 persuna li kienu jiffurmaw parti minn dan il-grupp isegwu l-logħba fl-Allianz Stadium u jinsab dispost li jgħin organizzazzjonijiet oħra simili biex vjaġġi bħal dawn ikunu possibbli.