Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed iżomm mat-tradizzjoni billi, għat-tmien sena konsekuttiva, iħabbar il-flokk taċ-ċelebrazzjoni tar-rebħ tal-kampjonat b’żewġ verżjonijiet differenti.

Għal darb’oħra d-disinn ġie fdat f’idejn Gabiros Design u din is-sena juri illustrazzjoni oriġinali ta’ xena fejn Juventus bħal dejjem jiktbu l-istorja. Dan permezz ta’ niċċa fil-ħajt fejn jiddominaw Juventus, jiċċelebraw, waqt li l-kumplament tal-iskwadri li xi darba rebħu l-kampjonat jidhru fil-ġenb jistennew li xi darba tmisshom ix-xorti mill-ġdid.

Qed ikun ippubblikat ukoll flokk ieħor iktar tradizzjonali li juri n-numru 37 għall-ammont ta’ kampjonati mirbuħa, in-numru tmienja hekk kif dan huwa t-tmien kampjonat konsekuttiv, kif ukoll is-snin ta’ dawn l-aħħar kampjonati mirbuħa.

Il-flokkijiet jinbiegħu għall-prezz ta’ €20 u kull min jordna l-flokk se jingħata wkoll keychain tal-okkażjoni b’xejn. Wieħed isib sizes li jvarjaw minn dawk li jistgħu jintlibsu minn tfal ta’ sena sa XXL.

Il-ħlas għandu jsir direttament il-klabb, billi jkun avviċinat xi membru tal-Kumitat, inkella permezz ta’ Revolut jew BOV Mobile Payment fuq in-numru 9920 1009. L-ordni tkun konfermata malli jsir il-ħlas.