Tkompli l-ħidma tal-membri tal-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero li estenda l-ftehim ma’ Peak Insurance biex il-membri tal-klabb ikunu jistgħu jibbenefikaw minn assigurazzjoni esklussiva.

B’dan il-ftehim, membru attiv tal-klabb li jkun se jsiefer biex isegwi logħob tal-futbol, li mhux neċessarjament tkun ta’ Juventus, u jagħmel polza ta’ assigurazzjoni ma’ Peak, se jkun kopert ukoll jekk il-logħba titħassar.

Dawk interessati jistgħu jikkuntattjaw lil Peak fuq 2125 2571 jew inkella jiġi avviċinat xi membru tal-Kumitat.