Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero laqa’ stedina li saritlu biex ikun l-uniku klabb Juventin li jirrappreżenta lill-Juventini Maltin waqt il-programm Family Affair, li jibda fl-iskeda l-ġdida fuq Net Television.

Dan il-programm, bi preżentazzjoni ta’ Eileen Montesin u l-familja tagħha, se jlaqqa’ partitarji ta’ klabbs differenti f’kompetizzjoni bejniethom. Ir-rebbieħa jkunu fiċ-ċans li jirbħu vjaġġ u biljetti tal-grawnd għal logħba tal-kampjonat rispettiv tal-klabbs li jappoġġjaw.

Family Affair se jixxandar kuljum, bejn it-15:30 u l-17:30 b’membri tal-Kumitat li se jkollhom ukoll iċ-ċans li jitkellmu dwar il-ħidma li ssir b’mod volontarju matul is-sena.

🤩Family Affair🤩 flimkien ma' Juventus Club Malta Cuore Bianconero qed jati l-opportunità lill-fans kollha ta' dan it-tim…

Geplaatst door Family Affair op Maandag 26 augustus 2019