Is-swali tal-JCMCB, fi Triq Troubridge, il-Marsa, intgħażlu biex jospitaw il-kompetizzjoni u wirja prestiġjuża tal-qtates: WCF Jubilee Cat Show.
Dan l-iżvilupp hu mill-iktar sodisfaċenti għall-klabb, fl-isfond li din il-kompetizzjoni se ssir għall-ewwel darba f’Malta u għandha reputazzjoni tajba ferm mad-dilettanti. Tant hu hekk li saħansitra se ġġib lejn pajjżna judges mill-Italja u mill-Polonja.
B’hekk is-swali tal-klabb għelbu l-isfida ta’ lukandi ewlenin li xtaqu jospitaw id-WCF Jubilee Cat Show, li din is-sena se ssir bejn it-13 u l-14 t’Ottubru, fil-waqfa tal-kampjonat. L-organizzazzjoni hi f’idejn Malta Cat Lovers.