Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero iktar kmieni llum għadda donazzjoni ta’ €450 lil Puttinu Cares, biex jgħinu lil familji u persuni fil-bżonn ta’ kura.

Id-donazzjonijiet inġabru waqt il-logħba bejn Juventus u Fiorentina, minflok intalbu d-donazzjonijiet tas-soltu mingħand il-persuni li jattendu u ma jkunux membri tal-klabb.

Ma’ dawn, il-membri kollha tal-Kumitat taw donazzjoni oħra privata għal dan il-ġest nobbli.