Il-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bi pjaċir jinnota li mill-ġdid reġa’ ġie approvat bħala klabb uffiċjali affiljat ma’ Juventus biex b’hekk jista’ jkompli jirrappreżenta lill-Juventini f’pajjiżna.

Dan ifisser li l-klabb laħaq diversi kriterji stabbiliti minn Juventus u għalhekk jista’ jaqdi lill-membri tiegħu b’mod uffiċjali u joffri diversi servizzi, fosthom is-sħubija fi ħdan il-Juventus Official Club (li qabel kienet is-sħubija DOC) kif ukoll jipproċessa l-applikazzjonijiet għat-Tessera del Tifoso.

Ir-rikonoxximent tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero bħala ‘Official Fan Club’ ifisser ukoll li l-Kumitat jista’ japplika, f’isem il-membri tal-klabb, biex jikseb biljetti għal-logħob ta’ Juventus ladarba dan ikun permess mill-ġdid mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Il-Kumitat iħabbar ukoll li rċieva l-approvazzjoni tal-ewwel applikazzjonijiet tas-sħubija JOFC kif ukoll ir-rigali ta’ din is-sena għall-ewwel sett ta’ membri li applikaw iktar kmieni matul dan is-sajf.