Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero iħabbar li, skont l-istatut, il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-klabb se ssir nhar il-Ġimgħa 7 t’Awwissu.

Skont l-istatut, il-membri attivi kollha tal-klabb jistgħu jattendu u huma mitluba jkunu preżenti fis-18:30.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali se ssir qabel il-logħba miċ-Champions League kontra Olympique Lyonnais, b’dawk li jattendu huma mistiedna biex isegwu din il-logħba fil-klabb stess.