Il-Kumitat tal-Juventus Club Malta Cuore Bianconero jixtieq jirringrazzja lil Dical House tal-Mosta għar-rigal mill-isbaħ li rċieva: inkwatru li juri l-Allianz Stadium ta’ Juventus.
Dan l-inkwatru se jiżdied ma’ dawk li jinkludu l-flokkijiet iffirmati minn eri differenti fl-istorja ta’ Juventus u se jkompli jżejjen lill-klabb.
Il-Kumitat jirringrazzja wkoll lil persuni oħra li fl-aħħar jiem għaddew oġġetti oħra lill-klabb u li dawn ukoll se jiżdiedu mal-kollezzjoni tal-klabb, li tinkludi flokkijiet u memorabilia oħra.