Il-kantanta popolari Christabelle Borg, rebbieħa tal-Malta Song for Europe bil-kanzunetta Taboo, tat sorpriża lil grupp ta’ żgħażagħ waqt riċeviment organizzat fil-klabb.
Għal dan ir-riċeviment attendew diversi żgħażagħ ta’ etajiet differenti li ħadu gost u ċċelebraw f’ambjent sigur li joffri l-JCMCB Bar & Grill fi ħdan il-klabb.
Biex is-serata tkompli ssir iktar speċjali, attendiet Christabelle Borg li impressjonat lil dawk kollha preżenti għall-ispettaklu li offriet iżda wkoll għall-umiltà tagħha f’perjodu impenjattiv ħafna għaliha waqt li għaddejja bil-preparamenti għall-video mużikali ta’ Taboo.
Jekk tixtieq tuża s-swali tal-klabb kemm għal riċevimenti kif ukoll għal attivitajiet oħra tista’ tagħmel kuntatt magħna billi tagħfas fuq: JCMCBBarandGrill.